Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tgħhom, Armed Forces of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar l-aktar reklutaġġ riċenti.
Huma qalu, “Ilbieraħ, ir-Reklutaġġ Intake 261 wasal uffiċjalment fi tmiemu bil-Passing Out Parade li saret fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa, fejn 65 rekluta, fosthom 8 nisa ġew ingaġġati bħala Gunners mal Forzi Armati ta Malta.”
Żiedu, “Għall-Parata attendew il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Beddingfield, il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Clinton O’Neill, uffiċjali għolja tal-Forzi Armati ta’ Malta, mistednin distinti, kif ukoll il-familji u l-ħbieb tal-Gunners il-ġodda.”
Qalu wkoll, “Wara xhur ta’ taħriġ intensiv, dixxiplina, impenn u determinazzjoni, dawn l-irġiel u n-nisa issa jibdew kapitlu ġdid fil-karriera militari tagħhom. Il-Forzi Armati ta’ Malta jawguraw lill-Gunners il-ġodda kull suċċess fil-qadi ta’ dmirijiethom u fil-missjoni tagħhom ta’ servizz lejn il-pajjiż.”