“Aktar Kmieni Llum, Uffiċjali Tal-ERA Investigaw Rapport Anonimu Dwar Ġbir Ta’ Rizzi Tul Il-Kosta Tal-Belt Valletta” – ERA – Environment & Resources Authority

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, ERA – Environment & Resources Authority qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba rigward il-ġbir illegali tar-rizz fejn provdew ukoll numru biex dawk li jissuspettaw attivita relatata mal-ġbir tar-rizzi jirrapurtaw fuqu.

Huma qalu, “Aktar kmieni llum, uffiċjali tal-ERA investigaw rapport anonimu dwar ġbir ta’ rizzi tul il-kosta tal-Belt Valletta, bi ksur tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tar-Rizzi S.L. 549.157. Permezz ta’ azzjoni f’waqtha, il-persuna responsabbli nqabdet fil-pussess ta’ mijiet ta’ rizzi; u bl-għajnuna tal-pulizija, se tittieħed l-azzjoni legali dovuta.”

Żiedu jgħidu, “Il-pubbliku huwa mitlub jirrapporta kwalunkwe attività suspettata li hija relatata mal-ġbir tar-rizzi minnufih fuq 2292 3500.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI