F’messaġġ emozzjonanti li l-kantant lokali Mark Anthony Bartolo kiteb fuq il-midja soċjali, hu awgura l-isbaħ xewqat lil ommu li proprju llum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Mark Anthony rringrazzja lil ommu talli hi dejjem kienet maġenbu f’kull pass li għamel matul ħajtu. Il-kantant żagħżugħ stqarr li mingħand ommu dejjem ra biss sapport u mħabba.
“Dejjem kont miegħi meta niedejt xi proġett mużikali u anke fl-avventuri tiegħu fil-Eurovision,” sostna l-kantant Mark Anthony lil ommu fuq nota emozzjonanti.
Nawguraw lil ommu Miriam l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Mark Anthony Bartolo