Titnieda Pjattaforma Onlajn Li Tagħti Aċċess Bla Ħlas Għal Dizzjunarju Diġitali Tal-Ilsien Malti

Ilbieraħ ħadet il-ħajja inizjattiva li għandha l-għan tiżgura li l-ilsien Malti jibqa’ ħaj fis-snin li ġejjin. Fl-isfond ta’ dinja li dejjem qed issir iżjed dominanti mit-teknoloġija, id-Dipartiment tal-Malti nieda pjattaforma onlajn bid-dizzjunarju Malti.

Din il-pjattaforma hi mfassla sabiex tkun utli għal firxa wiesgħa ta’ nies: minn kelliema nattivi sa studenti tal-Malti bħala lsien barrani, minn għalliema sa tradutturi, minn ġurnalisti u xandara sa riċerkaturi. Permezz ta’ din il-pjattaforma, wieħed jista’ jitgħallem jikteb, jaqra u jittraduċi bil-Malti.

Wieħed jista’ jaċċessa din il-pjattaforma billi jagħfas HAWN jew inkella billi jittajpja l-frażi dizzjunarju.mt fuq l-internet.







Ritratti:

Id-Dipartiment tal-Malti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI