L-atleta lokali Fabio Spiteri lbieraħ iċċelebra għeluq it-52 sena tiegħu u kiteb messaġġ t’apprezzament fuq il-midja soċjali. B’ton ta pożittivita`, hu saħaq li ma jixtieq ibiddel xejn minn ħajtu u jinsab grat ta’ dak kollu li għandu.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu spjega, “52 sena!! Ma nbiddel xejn! Familja, atleti ta’ tim Fabio, sports, klieb, ħbieb, niġbor il-flus għall-karita`, birra, u sfidi tal-ġenn!!”
Żied jgħid, “Infakkarkom biss… jekk jogħġobkom għinuni niġbor il-flus għal Project 100 għad-djar tal-annimali. Ma jispiċċa qatt l-abbuż u l-abbandun tal-annimali!”
Nirringrazzjawh mill-qalb għad-dedikazzjoni li għandu lejn dawn l-annimali innoċenti u nħeġġukom tagħtu d-donazzjoni tagħkom biex noffrulhom ħajja aħjar. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninu. Nisperaw li kellu ġurnata mill-isbaħ!
Facebook / Fabio Spiteri