“Xi Ħadd Aċċessa L-Kont Tiegħi Ta’ Whatsapp Mingħajr Il-Permess” – In-Nutara Desirei Grech

In-Nutara Desirei Grech wissiet fuq il-paġna uffiċjali tagħha biex ma nemmnux messaġġi taparsi mingħandha jitolbu l-flus. Dan għaliex xi ħadd irnexxielu jaċċessa l-whatsapp tagħha u qed jipprova jqarraq bin-nies.

Hi spjegat, “Xi ħadd aċċessa l-kont tiegħi ta’ WhatsApp mingħajr il-permess u qed jibgħat messaġġi lill-kuntatti tiegħi fejn jitlob flus permezz ta’ Revolut. Nixtieq nikkjarifika li din hija scam u m’iniex jien li qed nibgħat dawn il-messaġġi. Lanqas għandi kont ta’ Revolut.”



Żiedet tgħid, “Nappella lil kull min irċieva dawn il-messaġġi biex ma jibgħat ebda flus u ma jaqsam ebda informazzjoni personali jew finanzjarja. Il-kaz ġie rraportat lill-Pulizija. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom!”





Ritratti:

Facebook / Desirei Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI