Minkejja l-età tenera tiegħu, Calvin diġà qed ikollu jaffaċja t-telfa ta’ ommu l-għażiża li ħalliet din id-dinja riċentament wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer. Madankollu, hu jistqarr li fl-iżjed mumenti diffiċli dejjem isib refuġju sentimentali fil-kliem li kienet tgħidli ommu, li dejjem kienet tħeġġu sabiex qatt ma jaqta’ qalbu.
Calvin jattendi l-iskola primarja taż-Żejtun, u ftit jiem ilu ngħata sorpriża mingħand il-Briefcase Man, personalità magħrufa għall-atti filantropika tagħha. Il-Briefcase Man faħħar il-kuraġġ ta’ sur li Calvin wera u qiegħed ikompli juri quddiem it-telfa t’ommu.
“Għandni naħseb f’ommi u għandi nħobbha, u nixtiqilha biss ġid hemm fuq,” stqarr Calvin emozzjonat. Il-Briefcase Man tenna li l-istorja ta’ Calvin hi waħda li għandha tispira lil kulħadd; storja ta’ tifel li ġarrab telfa li ħadd ma jistħoqqlu jġarrab, iżda madankollu ma jaqtax qalbu u jħares lejn il-futur b’entużjażmu xorta waħda.
Instagram / The Briefcase Man