“X’Sorpriża Sabiħa Kienet Din… Maria Kienet Qed Tippjana Din Is-Safra” – Kevin Borg

Il-kantant lokali Kevin Borg irringrazzja lill-għażiża martu Maria, li ppjanatlu sorpriża għal jum għeluq sninu.

Hu spjega, “X’sorpriża sabiħa kienet din. Qegħdin f’TOSCANA. Maria kienet qed tippjana din is-safra flimkien mal-ħabiba kbira tagħna Roberta għal jum għeluq snini u għeluq snin Kenneth, u dalgħodu sirt naf lejn fejn se nkunu qed insiefru.”

Żied jgħid, “Sfortunatament, għada se jkollna nitilqu, imma nħoss li qisha maġija li qiegħed hawnhekk. Grazzi lill-għażiża marti talli jimpurtaha daqshekk. Inħossni grat li qiegħed hawn ma dawn il-ħbieb tal-qalb tagħna.”



X’sorpriża helwa! Għandhom relazzjoni wisq sabiħa u ta’ rispett bejniethom! Nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ flimkien ma’ sħabhom f’Toscana, post tassew meraviljuż.





Ritratti:

Facebook / Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI