L-Atleta Lokali Francesca Curmi Tirbaħ L-ITF W75 Blois Tournament Tat-Tennis Fi Franza

Francesca Curmi, atleta lokali, rebħet it-tournament ITF W75 Blois, tournament prestiġjuż tat-tennis fi Franza wara li rebħet kontra Alevtina Ibragimova fil-finali. Dan it-tournament huwa ta’ livell għoli ħafna fid-dinja tal-isport.

Dan it-titlu li rebħet permezz tat-tournament huwa importanti mmens għall-karriera ta’ Francesca fit-tennis, u rnexxielha wkoll tistabilixxi lilha nnifisha bħala waħda mill-aqwa atleti kemm f’Malta u kif ukoll b’mod globali.

Tassew ninsabu kburin b’dan ir-riżultat tal-ġenn. Awguri Francesca u ninsabu ħerqanin biex narawk tkompli l-karriera tiegħek fit-tennis!







Ritratti:

Instagram / openblois

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI