Il-mudella lokali Hayley Ghiller, li fis-sena 2024 rebħet it-titlu ta’ Miss Malta Beauty, illum iżżewġet lill-imħabba ta’ ħajjitha Ethelbert Fenech. Il-knisja kienet imżejna bi fjuri u ċfuf bojod, u Hayley daħlet b’libsa bajda l-ġmiel tagħha filwaqt li l-mistednin ħarsu lejha dieħla bi tbissima kbira fuq fommhom.
Qabel il-ħin tat-tieġ, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha hi kitbet lill-maħbub tagħha, “Għal dawk il-mumenti kollha li wassluna s’hawn, għal dawk il-memorji kollha li għamilna flimkien, u l-ħolm kollu li għad irid jasal. Narak fuq l-artal.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali, u nawgurawlhom għal diversi snin sbieħ ta’ mħabba flimkien.
Facebook / Hayley Ghiller u Gaffiero Ivan