Matul l-aħħar snin bħal daż-żmien kien isir il-Malta Eurovision Bootcamp, fejn tant artisti lokali u internazzjonali kienu jingħaqdu flimkien biex joħolqu kanzunetta biċ-ċans li tikkompeti fis-selezzjoni nazzjonali.
L-ewwel edizzjoni tal-Bootcamp saret fl-2023, u maż-żmien ħarġu bosta kanzunetti li niżlu tajjeb kemm mal-udjenza lokali kif ukoll dik internazzjonali.
Skont is-sit Times of Malta diversi kantanti u kittieba tal-kanzunetti esprimew id-diżappunt tagħhom hekk kif jidher li l-songwriting bootcamp x’aktarx mhux se jsir din is-sena.
Ir-rapport jiżvela li l-kantanti u kittieba tal-kanzunetti qalu li s’issa għadhom ma rċevew l-ebda informazzjoni dwar il-bootcamp ta’ din is-sena.