“Inħobbok U Grazzi Li Tkun Miegħi F’Kull Pass” – L-Ispeaker Carmelo Abela Jfakkar L-Anniversarju Taż-Żwieġ Tiegħu

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, qasam messaġġ mill-qalb fl-okkażjoni tal-anniversarju taż-żwieġ tiegħu, fejn esprima l-imħabba u l-apprezzament tiegħu lejn martu minkejja l-isfidi li ġabet magħha din is-sena.

Fuq il-midja soċjali, Abela qal li l-ħajja hija “mimlija tlajja u nżul” u li r-relazzjoni tagħhom mhijiex eċċezzjoni għal dan. Huwa rrimarka li dan l-anniversarju ġie f’ċirkostanzi differenti minn dawk li kienu stennew jew ippjanaw.



“Din is-sena ġie anniversarju b’differenza u mhux ippjanat,” kiteb Abela, filwaqt li żied li jittama li jpatti għal dan meta jasal il-mument opportun. Fil-messaġġ tiegħu, l-Ispeaker irringrazzja lil martu talli baqgħet miegħu f’kull pass tal-vjaġġ tagħhom flimkien, u tenna s-sentimenti tiegħu b’kelmiet sempliċi iżda sinifikanti, “Inħobbok u grazzi li tkun miegħi f’kull pass.”



Il-messaġġ ġibed l-attenzjoni ta’ bosta segwaċi li awguraw lill-koppja aktar snin ta’ ferħ, saħħa u mħabba flimkien. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar snin ta’ mħabba u għożża.



Ritratti:

Facebook / Carmelo Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI