LISTON Jirrilaxxa ‘Bejn Tnejn’ – Film Qasir Mużikali Dwar Il-Battalja Li Ngħixu Ġewwa Fina

Bejn Tnejn

L-artist Malti LISTON qed jippreżenta l-aktar proġett personali tiegħu s’issa permezz tas-single u film qasir mużikali ġdid tiegħu, Bejn Tnejn.

Dan il-proġett jesplora battalja li ħafna nies jesperjenzaw kuljum iżda ftit jitkellmu dwarha – il-ġlieda miegħek innifsek. Permezz ta’ storja ċinematika, il-filmat isegwi artist maqbud bejn żewġ naħat tal-istess persuna: il-vuċi tad-dubju u l-vuċi li tħeġġu jkompli miexi ’l quddiem.

Bejn Tnejn jirrakkonta vjaġġ emozzjonali ta’ sfidi, biżgħat u għażliet diffiċli. Il-proġett huwa mibni fuq il-kuntrast bejn il-verżjoni ta’ persuna li trid taqta’ qalbha u l-verżjoni li tagħżel li tibqa’ tiġġieled minkejja kollox.



Skont LISTON, il-kanzunetta hija riflessjoni fuq mumenti reali li ħafna nies jgħaddu minnhom f’ħajjithom.



“Kultant l-akbar battalja ma tkunx kontra dak li hemm madwarek, iżda kontra dak li jkun qed jiġri ġewwa fik.”

Il-filmat, li ġie prodott bħala film qasir, joffri esperjenza viżiva qawwija li tikkumplimenta l-messaġġ tal-kanzunetta u tħalli spazju għall-udjenza biex tinterpreta l-istorja skont l-esperjenzi personali tagħha.



Bejn Tnejn issa huwa disponibbli fuq YouTube, Facebook u Instagram filwaqt li l-kanzunetta hi disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin.

Segwi lil LISTON fuq il-midja soċjali għal aktar mużika u proġetti oriġinali li jkomplu jesploraw stejjer ta’ reżiljenza, identità u tkabbir personali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI