“Se Nsemmgħu L-Lingwa Maltija Fuq Il-Palk Tal-BBC” – Kevin Paul

Kevin Paul qasam aħbar li qanqlet ħafna entużjażmu fost is-segwaċi tiegħu, hekk kif ħabbar li se jkun qed jiftaħ kunċert tal-BBC Concert Orchestra li se jsir f’pajjiżna fl-4 ta’ Lulju.

F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Kevin stqarr kemm iħossu onorat b’din l-opportunità unika. “Mhux ta’ kuljum li tista’ tgħid li ħa tiftaħ għall-BBC Concert Orchestra… imma fl-4 ta’ Lulju, onorat li se nkun qed nagħmel proprju hekk!” kiteb.



Huwa żied li dan il-mument għandu tifsira speċjali għalih mhux biss fuq livell personali, iżda wkoll għall-promozzjoni tal-lingwa Maltija fuq pjattaforma internazzjonali. “Se nsemmgħu l-lingwa Maltija fuq il-palk tal-BBC. Ħolma sabiħa,” qal Kevin.



L-aħbar ġiet milqugħa b’entużjażmu, hekk kif bosta esprimew li huma kburin li artist Malti se jkun qed iwassal il-lingwa u l-kultura tagħna fuq palk prestiġjuż. Din bla dubju hija kisba importanti għal Kevin Paul, li se jkollu l-opportunità li jaqsam il-palk ma’ dawn il-mużiċisti internazzjonali.



Ritratti:

Facebook / Kevin Paul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI