Jistaqsi Għalfejn Il-Lingwa Taljana Hi Permessa Fuq Il-Prodotti Tal-Ikel Li Jinbigħu F’Malta

Il-personalità Maltija Adam Sullivan staqsa fuq il-midja soċjali għalfejn hu permess li prodotti tal-ikel li jinbigħu f’pajjiżna jista’ jkollhom informazzjoni miktuba bil-lingwa Taljana.

Sullivan argumenta li “mhux kulħadd f’Malta kapaċi jitħaddet bil-lingwa Taljana”.

Bħalissa f’pajjiżna l-prodotti tal-ikel jista’ jkollhom informazzjoni miktuba bi tlett lingwi – bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.

@bulletproofboysclips

Should all food labels be in English⁉️

♬ Sogni ancora – Piero Piccioni

Din mhux l-ewwel darba li fuq il-midja soċjali tqanqlet din id-domanda hekk kif fil-fatt lura fl-2022, il-paġna Il-Malti Madwarna li kontinwament tħeġġeġ l-użu tal-Malti, kienet qanqlet l-istess mistoqsija.



Intom x’taħsbu dwar l-użu tat-Taljan fit-tikketti tal-prodotti tal-ikel?





Ritratti:

TikTok / Adam Sullivan u Facebook / Il-Malti Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI