Meta Sharon, omm ta’ żewġt itfal, saret taf li kellha kanċer aggressiv, kontra qalbha kellha tikkanċella l-btala tal-ħolm tagħha.
Issa, wara xhur ta’ kuraġġ u determinazzjoni, b’xorti tajba Sharon tinsab ferm aħjar u għamlet progress kbir f’saħħitha.
Allura, il-Briefcase Man, li hu magħruf fix-xena lokali għall-ħidma filantropika tiegħu, ta sorpriża billi ħa ħsieb jippjanalha cruise fil-Mediterran.
F’filmat emozzjonanti li l-filantropu Malti tella’ fuq il-midja soċjali, Sharon tidher titħalla bla kliem hekk kif tingħata l-aħbar li wara tant tbatija u sagrifiċċji, hi se tkun tista’ tmur għall-vaganza tal-ħolm ta’ ħajjitha.
Instagram / @thebriefcaseman