“Jum Li Qatt Mhu Ħa Ninsew. Qed Naqsmu Ftit Mumenti Mill-Ġurnata Speċjali Tagħna.” – Yorika Attard U L-Imħabba Ta’ Ħajjitha Jgħidu S-Signor Si

zwieg

Il-kantanta lokali Yorika Attard qasmet mal-followers tagħha xi mumenti emozzjonanti minn ġurnata li ddeskriviet bħala waħda li “qatt mhu se jinsew”.

Fuq il-midja soċjali, Yorika qasmet diversi ritratti u mumenti mill-okkażjoni speċjali tagħha u tal-imħabba ta’ ħajjitha, fejn qalu s-signor si.

Il-kantanta rringrazzjat ukoll lill-ħabib tagħhom u groomsman, Kyle Sultana, talli rnexxielu jiġbed ritratti ta’ dawn il-mumenti b’mod tant sabiħ u naturali.

Il-pubblikazzjoni ġabet magħha bosta kummenti ta’ awguri u messaġġi ta’ mħabba mingħand segwaċi u ħbieb tal-kantanta, li ferħu magħha għal din il-ġurnata memorabbli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI