It-tim ta’ Fixfixow sellem lil Sean Buhagiar fl-okkażjoni tal-40 sena tiegħu permezz ta’ messaġġ mimli tifħir u apprezzament għax-xogħol tiegħu wara l-kwinti.
Jiddeskrivu lil Sean bħala wieħed mill-“imħuħ wara Fixfixow” u wara ħafna mill-karattri li dehru fil-programm kull ġimgħa.
Għalkemm ħafna jiftakruh jidher fil-programm Owkej, aktar tard ħadem iżjed wara l-kamera fejn kompla jħalli impatt qawwi fid-dinja televiżiva Maltija.
Il-messaġġ faħħar ukoll il-personalità tiegħu, fejn sejħulu “bniedem ta’ ħafna talent, qalbu żgħira u moħħ kbir.”
B’ton umoristiku, it-tim żied ukoll: “Inħobbuk, anke meta tibagħtilna l-brief tard.” Awguri mill-qalb Sean f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!