Gary, Chihuahua Ta’ Madwar 8 Snin Qed ifittex Id-Dar Dejjiema Tiegħu

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Gary, kelb li qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu.

Bdew billi qalu, “Peress li ħadd ma resaq biex jieħu lura ċ-Chihuahua maskili li sibna fix-Xagħra, Gary issa qed ifittex dar ġdida permezz tal-adozzjoni.”

Żiedu jgħidu, “Gary għandu madwar 8 snin, huwa sterilizzat, imlaqqam, trattat kontra l-briegħed u mgħoti l-kura kontra d-dud. Bħalissa jinsab għand fosterer dedikat u mdorri jkun ma’ klieb oħra. Lanqas il-qtates ma jdejquh. Gary għandu karattru kalm u ġentili, u jogħġbuh ferm il-vjaġġi bil-karozza! Jekk tixtiequ tagħtu dar mimlija mħabba, ibagħtulna messaġġ privat. Ma naċċettawx talbiet għall-adozzjoni permezz tal-kummenti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI