Il-komunità Smiling with Jerome qasmet messaġġ fuq Facebook fejn enfasizzat li, minkejja li mhux dejjem tidher fuq il-mezzi soċjali, il-ħidma tagħha favur persuni morda serjament tibqa’ għaddejja kuljum.
L-NGO tkompli tappoġġja pazjenti bil-kanċer kif ukoll tfal b’diżabbiltà, kundizzjonijiet jew mard rari permezz ta’ inizjattivi differenti li jagħtu ftit tama u kuraġġ fi żminijiet diffiċli.
Ftit tal-jiem ilu, membri tal-għaqda ltaqgħu ma’ staff ta’ Hili Ventures biex jippreparaw 100 ‘Chemo Bags of Hope’ għall-pazjenti li qed jirċievu kura ġewwa SAMOC, inkluż fil-Rainbow Ward tat-tfal, Wards 1 u 2, Palliative Care u Hematology Ward.
Kull basket fih aktar minn €60 f’affarijiet speċjalizzati li jgħinu lill-pazjenti matul il-kura tagħhom u jitqassam kompletament bla ħlas.
Għaldaqstant appellat lill-pubbliku biex jagħti donazzjoni sabiex din l-għajnuna tibqa’ tasal għand min għandu bżonnha l-aktar.
L-NGO spjegat, “Peress li l-NGO tagħna m’għandix flus biżżejjed biex torganizza maratoni niddependu kompletament fuq persuni u kumpaniji biex jgħinuna fil-missjoni tagħna. Min jixtieq jgħinna ħalli nkomplu noffru din l-għajnuna jista’ jibgħat donazzjoni permezz ta’ – Revolut / BOV Mobile Banking fuq 9987 2002 jew – IBAN: MT30 VALL 2201 3000 0000 4002 5276 992.”