“L-Iżgħar Kollezzjonist Ta’ Statwi Tal-Qaddisin Fil-Gżejjer Maltin… Ta’ 13-il Sena U 10 Xhur Għandu Kollezzjoni Ta’ 82 Statwa” – The Malta Records

Malta Records Statwi

Il-paġna The Malta Records kitbet dwar kollezzjonist Malti ta’ 13-il sena li għandu mat-82 statwa tal-qaddisin.

The Malta Records ilbieraħ filgħaxija ġejna mistiedna f’residenza fil-qalba tan-naħa ta’ San Ġorġ ġewwa Ħal Qormi sabiex nivverifikaw u ngħoddu kollezzjoni interessanti marbuta mal-qaddisin. L-iżgħar kollezzjonist ta’ statwi tal-qaddisin fil-gżejjer Maltin.”

Il-paġna tkompli, “Thiago Zian Mallia ta’ 13-il sena u 10 xhur għandu kollezzjoni ta’ 82 statwa ta’ bosta qaddisin, bl-iżgħar statwa tkejjel 6 ċentimetri u l-ikbar waħda tkejjel 80 ċentimetru. Thiago Zian huwa ġuvnott grazzjuż li tista’ tgħid minn meta twieled kellu għal qalbu l-istatwi tal-qaddisin.”

Thiago għandu għal qalbu bla dubju l-istatwi ta’ San Ġorġ, hekk kif għandu madwar 20 waħda.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI