Maria Formosa qasmet messaġġ emozzjonali hekk kif fakkret it-tielet anniversarju mit-telfa ta’ missierha. Bjorn kellu rispett kbir lejh, u ċertament kienet telfa li hu wkoll ħass immens.
Fil-kliem tagħha, hi qalet kif, minkejja li għaddew tliet snin, kollox għadu jidher surreali. Maria stqarret li l-għażiż missierha għadu fil-lista tal-kuntatti favoriti fuq il-mobile tagħha, għax dejjem se jibqa’ l-favorit tagħha.
“Ċempiltlek dakinhar imma ma weġibtx. Ma kinitx xi ħaġa daqshekk stramba għax kont tħalli l-mowbajl tiegħek warajk kull fejn tmur, imma ma kontx naf li għax kont tlaqt għal dejjem… strieħ Pa”
Maria temmet il-messaġġ tagħha billi qalet kemm timmissjah b’qalbha kollha. Strieħ fis-sliem għażiż. Kuraġġ Maria u l-familjari.
Facebook/ Bjorn Formosa