“Is-Sur Sharples, L-Ewwel Sindku Tar-Rabat Ħalla Din Id-Dinja Fis-Sigħat Li Għaddew.” – Kunsill Lokali Rabat Malta

Sur Sharples

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali tar-Rabat tħabbret it-telfa tas-Sur Sharples, li jibqa' magħruf bħala l-ewwel sindku fil-lokalità. Huma jesprimu kemm jibqgħu grati għall-ħidma kbira li wettaq f'ħajtu.



"Għada kif daħlitlina l-aħbar li s-Sur Sharples, l-ewwel Sindku tar-Rabat ħalla din id-dinja fis-siegħat li għaddew... Nibqgħu grati għal ħidmietek."

Ikomplu jiktbu, "Il-Kunsill b'sinjal ta' luttu mhux ser ikun qed jixgħel dawl mal-faċċata tal-Kunsill u l-bandiera ser titajjar meżżasta. Kif ikollna d-dettalji tal-funeral inħabruhom fuq il-paġni tagħna."

Ningħaqdu mal-Kunsill u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba u ħbieb. Strieħ fis-sliem, Sur Sharples.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI