Qed Jiddiskutu Għandhomx Jiġu Pprojbiti L-Video Games Għat-Tfal Fil-Filippini – X’Taħsbu Intom?

Bħalissa fil-Filippini għaddej dibattitu dwar jekk il-video games għandhomx jiġu pprojbiti għat-tfal.

Dawk li huma favur din il-projbizzjoni qed isostnu li l-video games qed jesponu lit-tfal għal xeni li jinvolvu ħafna qtil u dmija, tant li l-vjolenza tista' f'għajnejhom tiġi normalizzata.



Dawk favur qed iseħħu l-argument tagħhom billi jirreferu għal każ riċenti li seħħ fil-Filippini fejn żagħżugħ involut fi sparatura f'waħda mill-iskejjel instab li kien qiegħed jilgħab b'mod regolari video game li turi xeni vjolenti. Madankollu, il-pulizija s'issa għadha ma kkonkludietx li kien proprju dan li wassal liż-żagħżugħ biex iwettaq dan l-att ta' vjolenza.

Intant, dawk li huma kontra qed jirreferu għal bosta studji li saru matul is-snin li jinidikaw li m'hemm l-ebda rabta bejn il-vjolenza li juru ċerti video games u l-atti vjolenti li ġieli jitwettqu minn xi tfal u żgħażagħ.

Intom x'taħsbu dwar dan?

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI