Nhar is-Sibt 25 ta' Lulju, Charles Seychell se jkun qiegħed jimxi miż-Żejtun sas-Siġġiewi bil-għan li jiġbor il-fondi b'risq id-Dar tal-Providenza.
Fuq il-midja soċjali, Charles stqarr li din mhijiex l-ewwel darba li hu se jkun qiegħed jagħmel din il-mixja hekk kif fil-fatt din hija r-raba' darba għalih.
F'iżjed dettall hu spjega li l-mixja se tkun qed tibda fil-5:00 u mistennija teħodlu madwar sagħtejn u nofs. Charles ukoll stieden lil kull min hu interessat sabiex jagħmel din il-mixja miegħu.
Intant, hu ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jgħin lid-Dar tal-Providenza ħalli din l-inizjattiva tkun waħda ta' suċċess.
Prosit tassew!
Facebook / Charles Seychell