“Inħobbuk Ħafna U Nittamaw Li Niċċelebraw Ħafna Aktar Snin Flimkien.” – Charles Van Maarschalkerweerd Borg Lill-Kunjata

Charles & Ron

Ilbieraħ Charles Van Maarschalkerweerd Borg qasam messaġġ mill-qalb biex jawgura lill-kunjata tiegħu, Annette, f'għeluq sninha. Hu esprima kemm hi persuna importanti għalih u għall-familja.



Fil-messaġġ tiegħu kiteb: "Awguri f'għeluq sninek għażiża kunjata tiegħi Annette. Nawgurawlek ġurnata mill-isbaħ u sena mimlija ġid u ferħ. Inħobbuk ħafna u nittamaw li niċċelebraw ħafna aktar snin flimkien."

Il-kliem ta’ Charles juri l-imħabba, ir-rispett u l-apprezzament li għandu lejn Annette. Qasam anke ritratt ta' żewġu Ron ma' ommu, fejn bosta kkummentaw bix-xewqat sbieħ tagħhom.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Anette ħafna snin mimlija saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-familja.

Ritratti:

Facebook/ Charles Van Maarschalkerweerd Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI