Studenta Tal-Mediċina Li Dejjem Ħolmot Li Tfejjaq Lin-Nies Titlef Ħajjitha Fl-Ukrajna Xhur Qabel Il-Gradwazzjoni Tagħha

Madwar id-dinja bħalissa, l-istorja ta' Fatima - studenta tal-mediċina ta' 23 sena li tilfet ħajjitha f'attakk fl-Ukrajna - qed tħalli lil bosta kommossi u mingħajr kliem filwaqt li qed tkompli tikxef il-kruha tal-gwerra.



L-aħbarijiet internazzjonali semmew kif Fatima kienet ilha għal bosta snin tistudja l-meiċina bil-għan li tkun f'pożizzjoni li fil-futur tgħin kemm tista' persuni vulnerabbli fil-bżonn ta' għajnuna medikali.

Madankollu, il-ħolma ta' Fatima qatt ma seħħet għaliex ftit jiem ilu, proprju ftit xhur qabel ma kienet se tiggradwa, Fatima sfat vittma ta' attakk li twettaq fil-gwerra li tinsab għaddejja bħalissa bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Tistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

X / UNITED24 Media

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI