Għadha kif waslet fi tmiemha partita mimlija tensjoni bejn l-Ingilterra u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Fis-seba' minuta tal-partita, il-Kongo kien pront fetaħ l-iskor b'gowl mill-attakkant Brian Cipenga li ħasad lill-gowler Ingliż.
Wara dan il-gowl, li ħalla lill-partitarji Ingliżi mħassba, il-partita mbagħad sabet ruħha ddominata minn diversi attentati u opportunitajiet għat-tim Ingliż.
Madankollu, kien biss fil-75 minuta li t-tim Ingliż ħa r-ruħ b'gowl mill-isbaħ mill-kaptan tat-tim Harry Kane li bbilanċja l-iskor.
Il-partitarji Ingliżi nfexxew f'ewforija ikbar ta' ferħ meta eżattament 11-il minuta wara, Kane reġa' skorja gowl ieħor li wassal sabiex l-Ingilterra għaldaqstant irnexxielha tgħaddi għall-fażi li jmiss hekk kif it-tim tal-Kongo ma rnexxilux jerġa' jibbilanċja l-iskor.
Facebook / World Cup