Bosta dalgħodu sellmu l-memorja ta' George Galea li kien magħruf fost bosta Qriema bħala l-Bajdu. Fosthom kien hemm il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li fakkar iż-żmien meta George serva bħala kunsillier fil-lokalità.
Sellem il-memorja ta' George ukoll l-eks MP Roderick Galdes li ftakar fiż-żmien meta hu u George kienu qiegħdin jikkontestaw għall-elezzjoni ġenerali tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi bħala kandidati indipendenti.
L-eks MP kompla l-messaġġ tiegħu billi faħħar il-ħidma li George kien baqa' jwettaq matul is-snin b'risq Ħal Qormi.
"Kien persuna b'memorja straordinarja, speċjalment fejn jidħlu numri, indirizzi, u dettalji marbuta mal-lokal," kompla jiftakar hu fuq nota emozzjonanti.
Facebook / Roderick Galdes u Kunsill Lokali Ħal Qormi