Benna reġgħet żvelat mal-pubbliku tnedija ta' togħma ġdida li mistennija tiġbed l-attenzjoni ta' dawk kollha li jħobbu x-xorb frisk u mimli togħma.
Il-Benna Fruit Punch Milkshake huwa l-aktar prodott ġdid fil-kollezzjoni ta' Benna. Din it-taħlita tgħaqqad diversi togħmiet tal-frott f'xarba waħda b'togħma intensa, filwaqt li hija magħmula b'100% ħalib frisk Malti.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, BENNA ddeskriviet il-prodott bħala "a bold, fruity blend packed with flavour" u ħabbret li t-togħma l-ġdida issa tinsab disponibbli fil-ħwienet madwar Malta u Għawdex.
Il-prodott il-ġdid huwa wkoll lactose free, u għalhekk jista' jitgawda minn aktar konsumaturi li jippreferu jew jeħtieġu prodotti mingħajr lattosju.
Ser idduqu?