Caritas Malta kitbet messaġġ iddedikat lil Noel Cassar, li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem. Huma faħħruh u rringrazzjawh għad-dedikazzjoni tiegħu.
Kitbu, “B’qalb sewda nħabbru l-mewt ta’ ex-kollega tagħna, Noel Cassar. Hu se jibqa’ mfakkar għal qalb tajba tiegħu, saħħa, u l-imħabba li kien juri lill-familtu u l-ħbieb tiegħu. In-natura ta’ altruwiżmu tiegħu misset il-ħajja ta’ ħafna li kellhom il-privileġġ isiru jafuh. Noel kien persuna li ħabb lill-Caritas, kien jagħti appoġġ lir-residenti b’dedikazzjoni u mħabba, u dejjem kien jibqa’ sejjer dak il-mil żejjer għalihom.”
Żiedu jgħidu, “Il-familja tal-Caritas testendi l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb ta’ Noel matul dan iż-żmien diffiċli. Il-funeral se jseħħ fil-Parroċċa ta’ Our Lady of Mount Carmel, Gżira, il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu. Jistrieħ fil-paċi.”
Facebook / Caritas Malta