Il-Parroċċa tal-Balluta awgurat lill-Kanonku Dun Simon Sciberras u lill-Professur Dun Stefan Attard permezz ta' messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħha.
Huma kitbuk, "Illum nawguraw lill-Kanonku Dun Simon Sciberras u lill-Professur Dun Stefan Attard f’għeluq is-Sebgħa u Għoxrin Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom. Nitolbu lill-Madonna tal-Karmnu Patruna tagħna, żżomm idejHa fuqkom u tħariskom fil-missjoni tagħhom. Ad Multos Annos Dun Simon u Dun Stefan."
Nirringrazzjawhom mill-qalb għall-ħidma tagħhom u nawgurawlhom għal diversi iktar snin ta' anniversarji. Nitolbu biex Alla jżomm idejh fuqhom.
Facebook / Parroċċa Balluta