“Dr Natalino Caruana De Brincat U Dr Renata Farrugia Ħadu L-Ġurament Tal-Ħatra” – L-E.T. Il-President Myriam Spiteri Debono

Fuq il-paġna uffiċjali tal-E.T. Il-President Myriam Spiteri Debono, tħabbar li Dr Natalino Caruana De Brincat u Dr Renata Farrugia nħatru bħala Maġistrati waqt ċerimonja fil-Palazz Presidenzjali, Valletta.

Ġie miktub fuq il-paġna, “Dr Natalino Caruana De Brincat u Dr Renata Farrugia ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Maġistrati tal-Qrati ta’ Malta u ta' Għawdex waqt ċerimonja mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali, fil-Belt Valletta.”

Nawgurawlhom mill-qalb għal dan il-kapitlu ġdid f'ħajjithom u fil-karriera tagħhom, u nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqhom waqt il-ħidma tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Myriam Spiteri Debono u Francis Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI