“Fit-2 Ta’ Lulju 1954… Kienet Seħħet Diżgrazzja Li Ħasdet Il-Poplu Taż-Żejtun” – Wirt Iż-Żejtun

Il-paġna Wirt Iż-Żejtun, fakkret diżgrazzja li ġrat bħal-lum,  ‘il fuq minn sebgħin sena ilu, fejn ħajja innoċenti ġiet mitlufa.

Spjegaw, “Fit-2 ta' Lulju 1954, waqt li kienu għaddejjin xogħlijiet infrastrutturali mill-Public Works sabiex tinfetaħ il-pjazza ta' Sant Ang, illum Misraħ Carlo Diacono, u Vjal il-25 ta' Novembru, kienet seħħet diżgrazzja li ħasdet il-poplu taż-Żejtun.”

Żiedu jgħidu, “Waqt dawn ix-xogħlijiet inkixef bir fl-ewwel biċċa ta' dak li kellu jkun Vjal 25 ta' Novembru, wara li twaqqaw binjiet li kien hemm matul Triq Sant Anglu. Waqt li xi tfal kienu qed jilgħabu, Ċensu Camilleri, tifel ta' 10 snin, waqa' ġo wieħed minn dawn l-ibjar, li kien mgħotti bi pjanċa. Kien Rosario (Zazu) Formosa, ta' 28 sena, li tella lil dan it-tifel bla ħajja minn dan il-bir. (Ħajr lil Victor Formosa, bin Rosario, li għaddilna dan it-tagħrif).”

Inżommuhom fit-talb tagħna. Tiftakruha din il-ġrajja intom?

Ritratti:

Facebook / Wirt Iż-Żejtun

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI