San Ġiljan Ifakkar il-Memorja ta’ Dun Karm Calleja F’Għeluq Id-99 Sena Mit-Twelid Tiegħu

Il-komunità ta’ San Ġiljan illum qed tfakkar il-memorja għażiża ta’ Dun Karm Calleja f'għeluq l-99 sena minn twelidu. Dun Karm twieled Birkirkara fl-4 ta’ Lulju 1927 u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Awwissu 1953, fejn iddedika ħajtu b'imħabba kbira għall-missjoni saċerdotali tiegħu.

Huwa serva għal 60 sena sħaħ fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan, fejn sar pilastru spiritwali għar-residenti kollha. Ta' kuljum, Dun Karm kien magħruf għall-vizzju u d-dover tiegħu li jqaddes fil-Knisja Parrokkjali kif ukoll fil-Kappella tal-Kunċizzjoni, fejn dejjem kien ikun hemm għall-parruċċani b’kelma ta’ ġid.

Dun Karm għadda għall-ħajja ta’ dejjem fl-4 ta’ Settembru 2013 fl-età ta’ 86 sena. Għalkemm għaddew it-snin minn mewtu, l-impatt u l-memorja tal-ħidma tiegħu f’San Ġiljan għadhom ħajjin u b’saħħithom fil-qlub tal-Maltin sa llum.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI