Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa tkellem dwar il-logħba tal-bieraħ bejn Kap Verde u l-Areġentina
Hu qal, “Logħba indimentikabbli! Vale la pena li bqajt imqajjem! Psikoloġikament, din kienet lezzjoni sabiħa. L-Arġentina kellhom l-istorja, uħud mill-aqwa stilel tad-dinja, l-esperjenza, il-maturità u l-piż tal-aspettattivi. Kap Verde kellhom il-fidi fihom infushom, id-dixxiplina u l-kuraġġ li jemmnu li kollox huwa possibbli.”
Kompla billi żied jgħid, “Għal 90 minuta wrew li l-kuraġġ kapaċi jsikket il-biża'! Fl-aħħar ftit minuti tal-ħin barrani sfaw eliminati. Madankollu hemm telfiet li jġiegħluk toħroġ minn ġol-grawnd b'rasek mgħollija. Din kienet waħda minnhom! Għax il-kobor ta' tim mhux dejjem jitkejjel bit-trofew li jkun refa' jew mill-ismijiet kbar li jkollu, iżda bil-mod kif iġġiegħel lid-dinja temmen li anke l-iżgħar nazzjon jista' jħares lejn ġgant fiss f'għajnejh u ma jibżax minnu. Probabbilment tagħlima u kuraġġ għalina ilkoll irrelevanti tħobbx il-futbol jew le!”