Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attivist Għawdxi Luke Said qasam mas-segwaċi tiegħu informazzjoni dwar att ta’ vandaliżmu li seħħ riċentament. Huwa qal li ukoll li se jkompli bil-ħidma tiegħu.
Hu qal, “Kemm jien irrabjat u diżappuntat! Wieħed mill-akbar xelters fin-Nadur ġie vandalizzat ... Biż-Żebgħa, biż-Żibel, bin-Nar. Hekk kif għalaqnieh, biex ħadd ma jweġġa’, xi ħadd iddeċieda jaqta’ l-katnazz. Ma jimpurtax, nagħmlu ieħor. U għamilna ieħor … u dan il-katnazz ukoll inqata’ b’xi mod.”
Żied, “Sar rapport lill-pulizija u x-xelter reġa' ngħalaq. Iva, se nkompli naħdem biex nipproteġi dan is-sit. Qed naħdem biex niksbu permess mis-sovrintendenza tal-kultura biex innaddfuh. Sabiex dan is-sit uniku jkun jista' jitgawda minn dawk li jiġu warajna. Le, mhux se naqta' qalbi.”
Qasam ukoll xi ritratti fil-kummenti li tistgħu ssegwuhom hawn:
Prosit kbira u grazzi ta’ dak kollu li qed tagħmel għal gżiritna!