Turisti Ġermaniżi li kienu qiegħdin btala f'pajjiżna tħallew fis-seba' sema meta l-ħaddiema tal-Gozo Channel stiednuhom sabiex jaraw mill-qrib il-magni ta' wieħed mill-vapuri li jivjaġġa kontinwament bejn il-gżira Maltija u dik Għawdxija.
F'filmat li ż-żewġ turisti tellgħu fuq il-midja soċjali, huma jidhru qed jingħataw l-opportunità li josservaw b'għajnejhom kif jiffunzjona l-vapur filwaqt li wkoll ingħataw spjega ħafifa minn wieħed mill-uffiċjali tal-vapur.
"Il-Maltin huma verament nies dħulin," sostnew iż-żewġ turisti Ġermaniżi fl-isfond ta' dan il-mument ħelu li mingħajr dubju żgura li l-btala tagħhom f'pajjiżna tkun waħda sabiħa u pożittiva.
@kiimmrosii Maltese are the nicest people 🥹 #malta #ferry #beachday #tour #girlstrip @Leana ♬ original sound - Damien Hebbard456
TikTok / @kiimmrosii