“L-Akbar Suċċess Tagħna… Il-Familja Li Bnejna Flimkien, Grazzi Għalik. Awguri Fid-9 Anniversarju. Inħobbok.” – Id-DPM Ian Borg

Ian u martu

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qasam ritratt prezzjuż immens fuq il-midja soċjali. Mument li hu u martu Rachelle ma jistgħu jinsew qatt, il-mument meta qalu iva lil xulxin.

Illum Ian ifakkar dan il-jum meta bdew il-ħajja miżżewġa flimkien. Jesprimi kemm iħobb lil martu u kemm hu grat lejn l-appoġġ li tant turi lejh.

"L-akbar suċċess tagħna… il-familja li bnejna flimkien, Grazzi għalik. Awguri fid-9 Anniversarju, inħobbok," jikteb Ian. Awguri minn qalbna lil Ian u Rachelle u nixtiqulhom ħafna affarijiet sbieħ f'dan il-vjaġġ ta' mħabba li qed jaqsmu flimkien.

Awguri mill-qalb!

Ritratti:

Facebook/ Ian Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI