Wara li ftit jiem ilu ħabbar li sfortunatament kellu jiddaħħal l-isptar sabiex jiġi rikoverat, ftit sigħat ilu, l-MP Nigel Vella stqarr fuq il-midja soċjali li b'xorti tajba issa jinsab ħafna aħjar; madankollu, hu għal issa se jkollu jibqa' jiġi rikoverat fl-isptar Mater Dei.
Fil-messaġġ tiegħu, l-MP esprima sens ta' gratitudni u apprezzament lejn il-ħaddiema li bħalissa qed jieħdu ħsiebu u jagħtuh il-kura meħtieġa.
Nawgurawlu fejqan ta' malajr.
Facebook / Nigel Vella u Pexels