Omm Tfisser Il-Ferħ Tagħha Li Binha Bl-ADHD Irnexxielu Jikseb Marki Għoljin Fl-Eżamijiet

Bħalissa l-istudenti kollha jkunu anzjużi ferm hekk kif fil-jiem li ġejjin jibdew ħerġin ir-riżultati.

Il-personalità Maltija Maxine Curmi Buttigieg esprimiet il-ferħ u s-sodisfazzjon tagħha li binha Zayne, li għandu l-kundizzjoni tal-ADHD, irnexxielu jikseb marki għoljin.

L-omm kompliet tirrifletti fuq kif il-medikazzjoni lagħbet irwol importanti sabiex binha seta' jisfrutta l-potenzjal tiegħu, minkejja din il-kundizzjoni.

"Kemm aħna kburin bik, Zayne," temmet tikteb l-omm li b'hekk irnexxielha tkompli sservi ta' tama u ispirazzjoni għal oħrajn li wkoll ibatu mill-kundizzjoni tal-ADHD.

Prosit tassew.

Ritratti:

Facebook / Maxine Curmi Buttigieg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI