Raġel intlemaħ bil-kamera tas-CCTV jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fil-komun ta' blokk t'appartamenti ġewwa San Pawl il-Baħar.
Filmat li ttella' oriġinarjament fi grupp lokali fuq Facebook juri lir-raġel dieħel fil-lift tal-blokk t'appartamenti filwaqt li jtella' l-qalziet. Dan wara li ftit qabel kien għadu kif għamel il-bżonnijiet tiegħu fl-istess komun.
Il-filmat qanqal furur sħiħ fuq il-midja soċjali fost bosta li saħqu li dan l-attaġjament huwa wieħed inaċċettabbli.
Facebook / Din Malta Tagħna