Il-Plejers Ingliżi Jagħtu L-Ħlas Tagħhom Għall-Partiti Tat-Tazza Tad-Dinja Lill-Karità

Għal kull partita li jieħdu sehem fiha, il-plejers Ingliżi jitħallsu madwar €2,300. Abbażi ta' inizjattiva li kienet bdiet lura fl-2007 u għadha għaddejja sal-lum il-ġurnata, il-plejers tat-tim nazzjonali Ingliż jagħżlu li jagħtu dan il-ħlas lill-karità.

Fil-fatt, mill-2007 'l hawn irnexxielha tinġabar is-somma sostanzjali ta' €15-il miljun permezz ta' din l-inizjattiva. Din is-somma matul is-snin intużat sabiex jiġu megħjuna, fost oħrajn, pazjenti tal-kanċer kif ukoll tfal madwar id-dinja li qed isofru l-faqar.

Sors: Express

Ritratti:

Facebook / FIFA World Cup u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI