Bil-Filmat: “Kont Tħobb Ħafna Din Il-Kanzunetta. Kienet Diffiċli Ma Nispiċċax Il-Funeral Biha.” – Kersten Graham Ikanta Waqt Il-Funeral Ta’ Zitu

Kersten Graham qasam mument emozzjonanti wara li lbieraħ ta l-aħħar tislima lil zitu Louise, persuna li jidher li kellha post speċjali ħafna f’qalbu. Fuq il-midja soċjali, Kersten kiteb li zitu kienet tħobb ħafna l-kanzunetta Int Kollox Għalija, il-kanzunetta li biha kien ħa sehem fil-festival Mużika Mużika. Hu stqarr li kien diffiċli għalih li ma jagħlaqx il-funeral biha, f’mument mimli emozzjoni u mħabba.

"Kont tħobb ħafna din il-kanzunetta. Kienet diffiċli ma nispiċċax il-funeral biha. Berikna minn hemm fuq, Zija Louise. Inħobbok," kiteb Kersten. Hu rringrazzja wkoll lill-kantant Kurt Calleja li, minn qalbu, offra li jkun ta’ spalla għalih f’dan il-mument diffiċli. Kersten wassal ukoll kelma ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li bagħtulu messaġġi ta’ appoġġ, kif ukoll lil kull min attenda għall-funeral tant sabiħ ta’ zitu.

Mument tassew kommoventi, li juri kemm il-mużika kapaċi tkun ta’ faraġ u tgħaqqad lin-nies anke fl-iktar waqtiet ta’ niket.

Ritratti:

Facebook / Kersten Graham

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI