“Kultant Ix-Xitan Ideffes Denbu U Jagħmel Ħerba Mill-Pjanijiet Li Tkun Fassalt” – Bundytime B’Messaġġ Lis-segwaċi Tiegħu

Il-programm Malti Bundytime, magħruf għall-umoriżmu, is-satira u l-mumenti ta’ divertiment tiegħu, ħabbar li l-edizzjoni sajfija li kienet ippjanata mhux se tkun qed issir minħabba ċirkostanzi mhux mistennija li affettwaw il-produzzjoni.

Matul is-snin, Bundytime sar wieħed mill-programmi li joffru lill-udjenza doża ta’ daħk u divertiment permezz ta’ ċajt, skossi u sitwazzjonijiet komiċi li jirriflettu wkoll aspetti mill-ħajja ta’ kuljum.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, it-tim tal-programm spjega li xi drabi l-pjanijiet ikollhom jinbidlu minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom. “Kultant ix-xitan ideffes denbu u jagħmel ħerba mill-pjanijiet li tkun fassalt,” intqal fil-messaġġ.

Madankollu, din mhix tmiem il-vjaġġ ta’ Bundytime, iżda waqfa temporanja biss. Il-programm se jkun qed jirritorna għall-istaġun il-ġdid f’Ottubru b’aktar ċajt, daħk u ġenn.

It-tim irringrazzja lil dawk kollha li dejjem segwewhom u appoġġjaw il-programm, filwaqt li ħeġġeġ lill-udjenza tibqa’ ssegwihom sakemm jasal ir-ritorn tant mistenni.

Ritratti:

Facebook/Bundytime

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI