Aħbar sabiħa għas-segwaċi tas-sensiela Maltija Il-Kliem Moħbi, hekk kif it-tim tal-produzzjoni ħabbar uffiċjalment li s-sensiela se tkompli bit-tielet u r-raba' staġun.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, it-tim żvela li ż-żewġ staġuni l-ġodda huma kkonfermati u se jixxandru fuq Tokis, b'13-il episodju minn Marzu 2027 u 13-il episodju ieħor minn Ottubru 2027.
L-aħbar waslet wara r-rispons pożittiv li kiseb l-ewwel staġun, li għadu disponibbli kemm on demand kif ukoll fuq Tokis matul ix-xhur tas-sajf, sabiex aktar telespettaturi jkollhom iċ-ċans isegwuh.
It-tim fakkar ukoll li t-tieni staġun tas-sensiela huwa skedat li jibda jixxandar lejn l-aħħar ta' Settembru jew il-bidu ta' Ottubru 2026, dejjem fuq Tokis.
Fl-aħħar tal-messaġġ tagħhom, il-produzzjoni esprimiet il-gratitudni tagħha lejn il-pubbliku għall-appoġġ kontinwu.
"Grazzi talli segwejtu l-ewwel staġun... GRAZZI!" temm jgħid it-tim, filwaqt li wiegħed aktar episodji u stejjer ġodda fis-snin li ġejjin.
Facebook/ Il-Kliem Moħbi