“Awguri F’Għeluq It-63 Għeluq Snin Tiegħek, Missier” – Il-Kantant Victorio Gauci

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, il-kantawtur Victorio Gauci awgura lill-għażiż missieru f’jum għeluq sninu biex jurih kemm japprezzah, u ppubblikalu żewġ ritratti ħelwin.

Hu kitiblu, “Awguri f’għeluq it-63 għeluq snin tiegħek, Missier. Illum niċċelebraw missier tal-ġenn, ħabib mill-aqwa, u persuna nkredibbli. L-għerf u l-imħabba tiegħek jispirawna kuljum. Gawdi l-ġurnata speċjali tiegħek missier! Mingħandna kollha!”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblika żewġ ritratti tal-familja kollha mgħannqa flimkien, bi tbissima fuq fommhom li tixhed l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu!

Ritratti:

Facebook / Victorio Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI