“Ressaqna L-Partijiet Lejn Ftehim Li Se Jwassal Biex Jiġu Mħallsa L-Ispejjeż Kollha Biex Din L-Istatwa Tiġi Rranġata” – Il-Ministru Għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar li ntlaqtet waħda mill-istatwi tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, qam furur sħiħ minn diversi għaqdiet tal-festa lokali. Kif tistgħu timmaginaw, l-armar tal-festa huwa għażiż ħafna għad-dilettanti, u inċident bħal dan mill-ewwel qajjem tħassib.

Fortunament, jidher li ttieħdet azzjoni malajr. Il-Ministru Għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea kkonferma li sar kuntatt immedjat mal-persuni konċernati u n-naħat kollha poġġew madwar mejda biex isibu soluzzjoni. Intlaħaq ftehim biex l-ispejjeż kollha tal-ħsara jiġu mħallsa ħalli l-istatwa tiġi rranġata għand restawratur professjonali, magħżul mill-istess Għaqda tal-Festa tal-Karmnu tal-Belt.

Biex inkunu ġusti u nagħtu l-kuntest kollu, ġie ċċarat li se jkunu l-produtturi tal-film stess li se joħorġu l-flus għall-ispejjeż tar-restawr, u mhux il-Kummissjoni tal-Films (Film Commission). Almenu, l-istorja tidher li se tispiċċa b'wiċċ il-ġid u l-istatwa se tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.

Ritratti:

Facebook/Darren Carabott

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI