Illum Dorothy, oħt Gianluca qed tiċċelebra għeluq sninha! Ijja, ħuha żżewweġ fl-istess ġurnata! Insomma, ċelebrazzjoni doppja għall-familja Bezzina! Dorothy hija l-kbira fost seba' aħwa!
Ommha Sonia ħalliet messaġġ tassew ħelu aktar kmieni dalgħodu, "Awguri Dorothy. Kelli lilek, ma kien jonqosni xejn imma tant ferraħtna li kellna sitta oħra warajk. Inħossni b'xortija li tgħidli ma."
Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Dorothy l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali!
Facebook / Clint Gerald Attard