“Il-Memorja Tieghek Tibqa’ F’Qalbna.” – Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon Isellem Il-Memorja Ta’ Ħaddiem Li Kien Iservi Fil-Ministeru Tiegħu

Aħbar li ħasdet lil bosta dalgħodu. Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, esprima d-dieqa kbira tiegħu għall-mewt ta’ Bryan Degabriele, li kien iservi bħala d-Direttur tal-Benefit Compliance Directorate. Bryan kien persuna stmata ħafna fis-servizz pubbliku, magħruf għad-dedikazzjoni u l-professjonalità tiegħu fit-tmexxija ta' dipartiment daqshekk importanti u delikat li jara li l-għajnuniet soċjali jingħataw b'mod ġust.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru Falzon wera d-dispjaċir kbir tiegħu u tenna li l-memorja ta’ Bryan se tibqa’ friska u stampata f’qalb dawk kollha li ħadmu miegħu matul is-snin. Huwa wassal ukoll il-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familja kollha ta’ Degabriele f’dan il-mument ta’ diwejjaq kbir, filwaqt li xtaqlu l-mistrieħ ta’ dejjem. Telfa li żgur se tħalli vojt kbir fost sħabu tax-xogħol u l-għeżież tiegħu.

Ritratti:

Facebook/Michael Falzon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI